Tmut tħaddan wieħed minn uliedha

Tifla ta’ tmien snin li rnexxielha tibqa’ ħajja wara li l-karozza li kienet fiha għerqet, irrakkuntat il-ġrajja ta’ kif pruvat issejjaħ għall-għajnuna imma li kien kollu għalxejn.
L-inċident li seħħ fl-Awstralja ħalla mejta lil tliet membri tal-familja tagħha.
Il-Pulizija Awstraljana qalet li l-omm ta' 43 sena nstabet mejta tħaddan lil wieħed mit-tfal tagħha. 
Chloe Kabealo qalet kif waqt li l-karozza li kienet qed tegħreq u timtela bl-ilma, neħħiet iċ-ċintorin tas-sigurtà u pruvat tibqa’ fil-wiċċ biex tkun tista’ tieħu nifs.
It-tifla kienet fil-karozza ma’ ommha, ħuha u oħtha iżgħar minnha fil-ħin li l-karozza skidjat fuq it-tajn fit-triq u baqgħet nieżla fi xmara fi New South Wales.
Huma qalu li mill-awtopsja jidher ċar li din mietet waqt li kienet qed tipprova ssalva lil wieħed minn uliedha, u li kieku ma pruvatx tagħmel dan probabbli llum għadha ħajja.