Tħabbret il-mewt ta’ Suor Francesca, waħda mit-tlett sorijiet li hemm fil-Monasteru ta’ San Pietru fl-imdina. Hija kellha 95 sena.
Kienu bosta li fl-aħħar sigħat ħallew messaġġi biex ifakkru l-memorja ta’ din is-soru li għal aktar minn 75 sena għexet fil-Monasteru ta’ San Pietru.
“Qatt mhu se tkun minsija,” kitbet Cristina Bellizzi li ftakret kemm is-soru kienet dejjem tismagħha u kif kienu jkunu hemm għal xulxin.
“Hemm post aħjar jistenniek. Qatt mhu se ninsik” – temmet hi fil-kitba tagħha.
Strieħ fis-sliem.