Filmat: Tmut Sr Edmondina, kap storika tal-Iskola Sekondarja ta’ St Francis

Is-Sorijiet Franġiskani tal-Qalb ta’ Ġesù ħabbru l-mewt ta’ Sour Edmondina, li kienet il-Kap tal-Iskola Sekondarja ta’ St. Francis għal numru ta’ snin.

Fuq il-paġna tagħhom ta’ Facebook, is-Sorijiet qalu li mietet fil-ġurnata tal-Imnarja.

Il-messaġġi mill-eks studenti tagħha ma naqsux li kollha jiftakruha bħala persuna ta’ dixxiplina filwaqt li jirringrazzjawha tal-valuri li għadditilhom.

Saħansitra, Sr Clara Pirotta għamlitilha filmat ta’ ringrazzjament.