Tmut soru bl-ebola waqt li qed taħdem fi sptar fil-Liberja

Soru tal-ordni ta’ San Ġwann mietet b’kawża tal-ebola. Is-soru, Pascaline Chantal, ġiet iċċertifikata mejta nhar is-Sibt 9 t’Awwissu filgħodu.
Chantal hija soru mir-Repubblika tal-Kongo u kienet qed taħdem fl-isptar ta’ San Ġużepp f’Monrovia, il-Kapitali tal-Liberja.
Aktar kmieni llum tħabbret il-mewt tas-saċerdot Spanjol li ukoll spiċċa vittma tal-virus tal-ebola.