Tmut Sabrina: l-eroj ta’ bosta

Fl-aħħar sigħat tilfet il-battalja tagħha mal-kanċer, Sabrina Carabott, għalliema tal-Edukazzjoni Fiżika u l-persuna li waqqfet il-grupp Malta Real Teachers and Educators fuq Facebook.
Xita ta’ messaġġi u kliem ta’ tifħir invadew Facebook dalgħodu, kemm minn qraba tagħha, ħbieb u anke dawk li kellhom ix-xorti li jiltaqgħu magħha f’xi punt jew ieħor f’ħajjithom.

Għal ħafna Sabrina kienet ta’ ispirazzjoni għal bosta, fost l-oħrajn kif meta maħkuma mill-marda kiefra, kellha l-kuraġġ li tgħin biex jiġu esplorati metodi ġodda ta’ kura.

L-istudenti tagħha qed ixerrdu l-messaġġ li għad-dinja tista’ tkun biss għalliema, imma għall-istudenti tagħha hija eroj.
Il-funeral se jsir nhar it-Tlieta li ġej fl-4pm fil-Knisja ta’ San Lawrenz fil-Birgu.

Ix-xewqa ta’ Sabrina hi li kulħadd jilbes ikkulurit bħala ċelebrazzjoni tal-ħajja tagħha.