Tmut Rosario ta’ Will & Grace

Shelley Morrison li kienet tinterpreta lil Rosario f'Will and Grace

Kelliema ta’ Shelley Morrison ħabbru li l-attriċi li kienet magħrufa l-aktar għall-parti tagħha ta’ Rosario fis-sitkom Will & Grace mietet il-Ħadd 1 ta’ Diċembru fl-età ta’ 83 sena. Morrison interpretat dan il-karattru bejn l-1999 u l-2006.

Ma aċċettatx li terġa’ tidħol f’dan il-karattru meta s-sensiela reġgħet bdiet tinħadem fl-aħħar snin u b’hekk il-producers kienu għażlu li joqtlu l-karattru għax ħassew li ħadd ħliefha ma seta’ jinterpretah.

Karen u Rosario ta’ Will & Grace

Morrison kienet rikoverata fl-isptar Cedars-Sinai Medical minħabba li kienet marida u ma felħitx għal attakk li sofriet f’qalbha.

Minbarra fis-sensiela Will & Grace, l-attriċi kienet ħadmet għadd ta’ partijiet oħra fosthom Sister Sixto fis-sensiela The Flying Nun bejn l-1967 u l-1970.

Shelley Morrison mal-kast ta’ Will & Grace

Fiċ-ċinema dehret ma’ Dean Martin f’Save a Marriage and Smash Your Life, u ma’ Barbra Streisand fi Humorous Lady. Kellha wkoll parti f’MacKenna’s Gold ma’ Gregory Peck, kif ukoll Troop Beverly Hills ma’ Shelley Long u Fools Rush In ma’ Salma Hayek.

Fost l-aħħar xogħlijiet tagħha nsibu li kienet silfet il-vuċi tagħha għall-karattru ta’ Mrs. Portillo fis-sensiela animata Useful Manny.