Tmut qattusa li ntlaqtet minn karozza; ‘ma kienx hemm ambulanza’ – SPCA

L-għaqda li tieħu ħsieb l-annimali, il-Gozo SPCA qalet li qattusa mietet wara li ntlaqtet minn karozza f’Għawdex u kellhom imorru huma fuq il-post. Qalet li llum ma kienx hemm servizz tal-emerġenza provdut mid-Dipartiment tal-Animal Welfare ta’ Għawdex.

Fuq Facebook il-Gozo SPCA qalet li l-Ministeru għal Għawdex irid jiddeċiedi jekk hux lest joffri servizz ta’ emerġenza 24 siegħa kuljum.

“Jekk le, ippermettu lill-Gozo SPCA biex jużaw il-veterinarju tagħhom. Malta għandha servizz 24 siegħa kuljum mill-Animal Welfare u Għawdex jixraqlu l-istess,” qalet l-għaqda.

Skont il-Gozo SPCA, l-inċident seħħ fiż-Żebbuġ.

There was no emergency cover available from Animal Welfare Gozo this afternoon. As a consequence we had to go out to…

Posted by Gozo SPCA on Sunday, October 6, 2019