Tmut Pippa: il-kelba tas-sorijiet tal-Ursolini

Mietet il-kelba Pippa li kienet tgħix mas-sorijiet u t-tfal tal-Ursolini.

Dan ħabbritu s-Soru Michaela Paris permezz ta’ messaġġ fuq Facebook ilbieraħ. Il-kelba tat-tip labradore kienet ħabiba kbira ta’ Sr Paris. Hi sostniet li ħallitilha vojt kbir f’qalbha.

Sostniet li l-iktar parti diffiċli li titlef il-kelb tiegħek hija l-parti meta jkollok tgħidlu “ċaw”. Sostniet li Alla biss jista’ jifhem id-dieqa li t-telfa ta’ Pippa ġabet magħha.