Tmut l-ewwel persuna Franċiza bil-Coronavirus

REUTERS/Benoit Tessier

Read in English.

Id-direttur ġenerali tas-saħħa Franċiż kkonferma li mietet l-ewwel persuna Franċiża bil-Coronavirus CoVid-19. Fl-istess ħin kien ikkonerfmat li kien hemm tliet każijiet ġodda ta’ din il-marda. 

Jérôme Salomon ikkonferma li l-persuna għandu 60 sena. Huwa miet matul il-lejl fl-isptar Pitié Salpêtrièref’Pariġi. 

Iż-żewġ każijiet l-oħra jikkonċernaw mara żagħżugħa Ċiniża li għada kemm irritornat miċ-Ċina u Franċiż mir-reġjun ta’ Auvergne-Rhône-Alpes li kien għadu kemm irritorna mill-Italja.