Imut raġel f’Għajnsielem wara li jaqa’ minn fuq bejt

Raġel ta’ 42 sena minn Għajnsielem tilef ħajtu wara li waqa għoli ta’ madwar tliet sulari f’Għajnsielem stess.
Mill-ewwel investigazzjonijiet tal-Pulizija jidher li r-raġel kien fuq il-bejt għall-ħabta tas-2.15pm meta waqa’ fit-triq.
Fuq il-post issejħet ambulanza iżda r-raġel ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.
Dwar il-każ inħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. 

Ritratti fuq info@newsbook.com.mt