Tmut omm Miriam Pace

Illum mietet omm Miriam Pace, il-mara li tilfet ħajjitha traġikament f’Marzu li għadda meta ġġarrfet darha minħabba xogħol ta’ kostruzzjoni li kien għaddej biswit id-dar fil-Ħamrun.

Omm Miriam Pace, Maria Assunta Gatt, kellha 94 sena.

Il-funeral tagħha se jsir għada fid-8.45am fil-Knisja Parrokkjali tal-Marsa.

Jumejn ilu kien propju sitt xhur mindu nqatlet Miriam Pace li kellha 54 sena. Żewġha Carmel kiteb fuq Facebook li t-telfa tagħha ma swiet għal xejn għax donnu li xejn ma nbidel fir-rigward tal-kostruzzjoni, minkejja li meta seħħ il-każ, ħarġu diversi stqarrijiet jgħidu li tal-anqas minnu se tittieħed tagħlima u kulħadd se jkun aktar sigur f’daru.