Tmut omm Janvil

Ritratt: Facebook/IanJVella

Kmieni dalgħodu tħabbret il-mewt ta’ Mary Vella, omm il-preżentatur Janvil (Ian Vella), li hija wkoll in-nanna tal-kantanta Jade Vella.

Ruxxmata ta’ messaġġi ta’ kondoljanzi qed jitwasslu fuq il-paġna ta’ Facebook ta’ dawn il-personalitajiet b’turija ta’ rispett f’dan il-mument diffiċli.

Il-funeral tagħha se jsir fil-knisja Parrokkjali tal-iMġarr nhar t-Tlieta fis-2pm.

newsbook.com.mt jingħaqad mal-ħafna Maltin u Għawdxin biex iwassal il-kondoljanzi lill-familja Vella f’dan il-mument diffiċli.