Tmut omm Al Bano; kellha 96 sena

Jolanda Carrisi, omm il-kantant Al Bano, mietet illum wara nofsinhar fl-etá ta’ 96 sena. Il-mara kienet il-protagonista tad-dokumentarju televiżiv Madre Mia li kien ixxandar għall-ewwel darba sentejn ilu fuq l-istazzjon tal-Mediaset, Rete 4.

Il-kantant u ommu minn dejjem kellhom relazzjoni mill-aqwa, tant li hu kien ukoll ippubblika l-ktieb Madre mia, l’origine del mio mondo.

Ritratt: Il Quotidiano

F’diversi okkażjonijiet hija kienet dehret fuq it-televiżjoni Taljan flimkien ma’ binha.

Il-funeral tal-mara, li f’Jannar kienet se tagħlaq 97 sena, se jsir għada f’ Cellino San Marco fil-ħin ta 4pm.