Tmut oħt il-President Emeritu Eddie Fenech Adami

Dalgħodu tħabbret il-mewt ta’ oħt il-President Emeritu Eddie Fenech Adami, Marion Fenech Adami.

Id-Deputat Beppe Fenech Adami ħabbar dan permezz ta’ messaġġ fuq Facebook fejn sostna li Marion kienet verament pilastru tal-familja. Qal li l-funeral tagħha se jsir għada, fit-8.30am fil-Bażilika ta’ Santa Elena f’Birkirkara.

Auntie Marion passed away this morning. Rest in peace Auntie. Thank you for being there, a true pillar, all the way. Her funeral will take place tomorrow Tuesday at 8.30 am St. Helen Basilica B’kara

Posted by Beppe Fenech Adami on Sunday, April 14, 2019

Intant, l-Ewroparlamentari David Casa ta l-kondoljanzi tiegħu lill-familja Fenech Adami. Qal li fl-aħħar snin kellu pjaċir li jsir jaf lil Marion u qal li kienet tirrakkontalu stejjer ta’ meta kienet l-għalliema tal-ġurnalista assassinata Daphne Caruana Galizia. Sostna li kienet persuna ġentili u b’qalbha tad-deheb.

Kondoljanzi minn qalbi lill-familja Fenech Adami kollha hekk kif dalgħodu ħallietna oħt il-President Emeritus Eddie…

Posted by David Casa on Sunday, April 14, 2019