Tmut oħt il-kantant Ingliż Louis Tomlinson

Felicite Tomlinson, oħt il-kantant magħruf tal-One Direction Louis Tomlinson, mietet fl-età ta’ 18-il sena. It-tfajla kienet magħrufa ħafna fuq Instagram fejn kellha 1.3 miljun persuna ssegwi x-xogħol tagħha. Skont il-BBC hi nstabet mejta fl-appartmanet tagħha f’Londra.

Skont Scotland Yard, il-Pulizija ġew imsejħa mis-servizz tal-ambulanza ta’ Londra nhar l-Erbgħa wara rapporti li kien hemm mara li ta attakk tal-qalb. Aktar tard, it-tfajla ta’ 18-il sena ġiet iddikjarata mejta fuq il-post. Skont il-ġurnal The Sun, persuna li kienet magħha ċemplet 999 għall-għajnuna.

Il-kantant ġie mgħarraf bil-mewt ta’ oħtu l-Erbgħa stess, meta hu wkoll kien Londra sabiex jidher fuq programm li kien se jixxandar illum iżda li issa ġie mħassar. Omm Tomlinson kienet mietet kawża tal-marda tal-lewkimja fl-2016.

Intant, Simon Cowell, il-moħħ wara X-Factor bagħat il-kondoljanzi tiegħu lil Tomlinson u sostna li lanqas jista’ jibda jimmaġina dak li bħalissa għaddejja minnu l-familja ta’ Tomlinson.