Tmut Marlene Mifsud-Chircop

Tħabbret il-mewt tar-riċerkatriċi Marlene Mifsud-Chircop. Hija mietet ilbieraħ filgħaxija.

Marlene Mifsud-Chircop kienet waħda mill-membri dwar il-proġett fuq it-Tradizzjoni Orali u ħadmet ħafna fuq xogħlijiet marbuta ma’ dan il-proġett. Hija rriċerkat bosta oqsma mill-folklor Malti flimkien ma’ żewġha, il-folklorista antropoloġiku Ġorġ Mifsud-Chircop, li miet fl-2007.

Marlene Mifsud-Chircop ipproduċiet u ppreżentat għadd ta’ dokumentarji kulturali għat-televixin u għar-radju, kif ukoll ippubblikat għadd ta’ xogħlijiet dejjem b’rabta mal-folklor Malti.

Hija kienet kompliet bir-riċerka fin-narrativa popolari, fl-irrakkuntar u fl-Għana Maltija wara l-ewwel teżi tagħha Il-Folklor fir- Rumanz Storiku/Romantiku Malti (1972) u t-tieni A Motif-Index of the Maltese Folktale għall-M.A.. fl-irrakkuntar u fl-għana Malti.

Ma’ żewġha Ġorġ kienet ipproduċiet u ppreżentat sensiela idokumentarju kulturali għat-televiżjoni bl-isem ta’ Ix-xogħol Waħdu Jurik u Fuq Għajnejk.

Marlene Mifsud-Chircop ħadet sehem f’numru ta’ konferenzi f’Malta u barra.

Fl-2016 ħarġet il-ktieb Min Qatel il-Patri? (Klabb Kotba Maltin) mar-Rev. Dr Mark Montebello.

F’dan il-filmat, Marlene Mifsud Chircop tidher taqra waħda mill-ħrejjef ta’ Ġaħan (Ġaħan u l-Patrijiet).

Ġaħan u l-Patrijiet

Il-folklorista Marlene Mifsud Chircop taqra waħda mill-ħrejjef ta' Ġaħan (Ġaħan u l-Patrijiet).

Posted by Ilsienna on Wednesday, December 11, 2019

Strieħ fis-sliem!