Tmut Marion Ramsey tal-films ta’ Police Academy

Marion Ramsey f'xena minn Police Academy. Ritratt: Warner Bros

L-attriċi Marion Ramsey, li tibqa’ magħrufa l-aktar għall-karattru tal-uffiċjal laverne, bil-vuċi partikolari tagħha, mietet fid-dar tagħha f’Los Angeles fl-Istati Uniti fl-età ta’ 73 sena.

L-attriċi bdiet il-karriera tagħha fuq il-palk ta’ Broadway u l-ewwel għarfien internazzjonali ksibitu wara li ħadmet fl-ewwel film ta’ Police Academy fl-1984. Hija dehret fil-films li nħadmu wara minn din is-sensiela.

Fuq it-televiżjoni kellha partijiet ukoll f’sensiliet bħal The Jeffersons, MacGyver u Beverly Hills 90210.

Għalkemm jingħad li l-attriċi kienet mardet fl-aħħar żminijiet, għad mhux magħruf x’wassal għall-mewt tagħha.