Tmut Marie Louise Mifsud il-ko-fundatriċi ta’ Caritas Co-operators

Illum Caritas Malta ħabbret il-mewt tal-ko-fundatriċi ta’ Caritas Co-operators, Marie Louise Mifsud.

F’post fuq Facebook, il-fergħa f’Malta tal-għaqda internazzjonali spjegat li Mifsud tat kontribut siewi bħala voluntiera matul is-snin. Qalet li kienet ammirata u rispettata minn bosta minħabba l-imħabba, l-passjoni u d-dedikazzjoni li kellha għal persuni fil-bżonn.

L-għaqda xtaqet il-kondoljanzi lill-familja u l-ħbieb tagħha, filwaqt li qalet li l-funeral se ssir fid-29 ta’ Lulju fil-Knisja ta’ Stella Maris f’Tas-Sliema fid-9.30am.

The Caritas Family is deeply saddened by the passing away of Marie Louise Mifsud, co-founder of the Caritas co-operators…

Posted by Caritas Malta on Wednesday, July 24, 2019

Il-Caritas Malta, li bħalissa hija mmexxija minn Dr Anthony Gatt hija entità tal-Knisja, li toffri servizzi bla ħlas b’mod partikolari fil-qasam tar-rijabilitazzjoni mid-droga, kif ukoll tagħmel ħidma b’risq il-fqar u l-familji li għaddejjin minn problemi soċjali, u ħidma favur il-ġustizzja soċjali u l-iżvilupp tal-persuna.