Tmut Maria Perego; kienet ħolqot lil Topo Gigio

Maria Perego, il-moħħ wara l-karattru popolari fuq it-televiżjoni Taljana Topo Gigio, mietet fl-età ta’ 95 sena.

Hija kienet ħolqot dan il-karattru fl-1969 u f’dawn l-aħħar xhur kienet qed taħdem fuq ir-ritorn ta’ dan il-karattru li kellu jerġà jitfaċċa fuq it-televiżjoni s-sena d-dieħla.

Perego kienet ukoll il-vuċi ta’ dan il-pupazz li baqa’ popolari tul is-snin, minkejja li kien ilu ħafna ma jidher fuq it-televiżjoni.

Maria Perego u Peppino Mazzullo. flimkien ma’ Topo Gigio

Sentejn ilu Topo Gigio kien reġà tfaċċa fuq it-televiżjoni Taljana permezz ta’ dehra flimkien ma’ Carlo Conti waqt il-festival taż-Zecchino d’Oro.

Perego kienet twieldet f’Veneżja fl-Italja fl-1923 u ngħaqdet mal-istazzjon Nazzjonali Taljan RAI fl-1954 meta bdiet atħdem fit-taqsima tal-programmi tat-tfal.

Topo Gigio tant kien popolari li saħansitra fl-1974 kien ippreżenta Canzonissima flimkien ma’ Cochi e Renato u Raffaella Carrà.