Tmut l-omm waqt ċesarja b’emerġenza

Blogger popolari Spanjola li kienet tispira mijiet permezz ta’ kitba dwar l-isfidi fit-tqala tagħha, mietet waqt li kienet f’nofs operazzjoni taċ-ċesarja li saritilha b’emerġenza.

Jonathan Garcia ta’ 32 sena u Vanessa Fernandez Arango, ta’ 30 sena, iżżewġu sentejn ilu u kellhom xewqa kbira li jsiru ġenituri kemm jista’ jkun malajr. Wara xi żmien jippruvaw, bdew proċess ta’ trattament għal fertilità sakemm wassal li l-omm tinqabad tqila. Għal din l-aħbar, l-omm kienet ta’ sikwit taqsam l-esperjenza tat-tqala tagħha fuq Instagram.

Waqt l-operazzjoni, Vanessa ta attakk tal-qalb u mietet iżda t-tarbija, għalkemm għamlet xi mument tiġġieled għal ħajjitha, issa qeda stabbli.