Tmut l-ixjeħ mara tad-dinja…wara Okawa

Fl-Istati Uniti mietet dik li ftit ġranet ilu kienet ġiet ‘inkurunata’ l-ixjeħ mara tad-dinja.
Gertrude Weaver ħadet post il-Ġappuniża Misao Okawa li mietet ġimgħa ilu fl-età ta’ 117-il sena.
Weaver kienet se tagħlaq l-istess età sabiħa fl-4 ta’ Lulju ta’ din is-sena, u kienet riedet lill-President Amerikan Barack Obama fost il-mistiedna tagħha.
Gertrude Weaver kienet iżżewġet meta kellha 17-il sena u kellha erbat itfal.
Sal-lum għadhom ħajja biss żewġ neputijiet tagħha.