Tmut l-ixjeħ kelba fl-età ta’ 30 sena

Mietet Maggie, meqjusa bħala l-ixjeħ kelba tad-dinja, fl-età ta’ 30 sena, jew inkella 133 sena fi snin tal-bnedmin.
Maggie, li kienet tgħix f’Victoria fl-Awstralja ma’ sidha, il-bidwi Brian McLaren, mietet ftit wara li marret torqod fil-qoffa tagħha nhar il-Ħadd billejl.
Sidha Brian qal li minkejja li kellha 30 sena, hi xorta kienet għadha timxi ħafna u tgerger lill-qtates, fost oħrajn. Spjega li Maggie marret lura f’temp ta’ jumejn.
Qabel mietet, il-kelba ma kinitx baqgħet tisma’ u l-viżjoni kienet bdiet tonqsilha sew ukoll.