Tmut l-ewwel persuna bil-coronavirus fl-Ewropa

REUTERS/Thomas Peter

Fi Franza mietet l-ewwel persuna fl-Ewropa bil-coronavirus.

Dan ħabbritu l-Ministru għas-Saħħa fi Franza Agnès Buzyn dalgħodu.

Il-persuna huwa turist Ċiniż ta’ 80 sena. Huwa wasal Franza fis-16 ta’ Jannar u tqiegħed fi kwarantina fl-isptar fil-25 ta’ Jannar.

Kien hemm biss tliet imwiet barra ċ-Ċina bil-coronavirus: fil-Hong Kong, fil-Filippini u fil-Ġappun.