Tmut l-attriċi Sue Lyon; rebħet il-Golden Globe għal Lolita

Sue Lyon fil-film Lolita

Sar magħtuf li l-attriċi Amerikana Sue Lyon mietet jumejn ilu, fis-26 ta’ Diċembru fl-età ta’ 73 sena. Hija kienet attiva fixx-ena tal-filsm bejn l-1959 u l-1980.

Bħala attriċi ħadet sehem f’għadd ta’ films fosthom The Night of the Iguana, & WOmen, Tony Rome, kif ukoll Evel Knievel.

L-iktar parti li tibqa’ mfakkra għaliha kien meta ħadmet fil-film ta’ Stanley Kubrick, Lolita. Kellha biss 14-il sena meta ħadmet il-parti ewlenija f’dan il-film, u din l-interpretazzjoni wasslitha beix tirbaħ ukoll il-Golden Globe Award.

Sue Lyon twieldet nhar l-10 ta’ Lulju 1946 u kienet miżżewwġa 5 darbiet. Hi kellha tifla waħda, Nona, mit-tieni żwieġ tagħha ma’ Roland Harrison.