Tmut l-attriċi Shirley Knight; kienet nominata darbtejn għall-Oscar

Knight f'xena minn Desperate Housewives. Ritratt: ABC

Mietet l-attriċi Sħirley Knight li fl-1960 u fl-1962 kienet nominata għall-Oscar, bl-ewwel nominazzjoni tkun għal The Dark Side of the Stairs u t-tieni nominazzjoni għal The Sweet Bird of Youth. Knight kellha 83 sena.

L-attriċi baqgħet attiva sal-2018 bil-film Periphery ikun l-aħħar wieħed li hija ħadmet.

Fost l-aktar produzzjonijiet riċenti li ħadmet fihom l-attriċi nsibu s-sensiela Desperate Housewives, Maggie Winters u Significant Others.

Marcia Cross u Shirley Knight f’xena minn Desperate Housewives. Ritratt; ABC

Tul is-snin ħadmet ukoll f’numru kbir ta’ films ta’ suċċess fis-nin 60 u 70.

Shirley Knight kienet iddivorzjat mill-attur Eurgene Persson. Kienu miżżewġa bejn l-1959 u l-1969. Fl-istess sena hi kienet iżżewġet lill-awtur John Hopkins li miet fl-1998.

Knight kienet omm ta’ tnejn, l-attriċi Kaitlin Hopkins, u l-awtriċi Sophie C. Hopkins.