Tmut l-attriċi Mary Pat Gleason

Mietet fl-età ta’ 70 sena l-attriċi Mary Pat Gleason li f’dawn l-aħħar snin kienet tidher minn żmien għall-ieħor fis-sitcom popolari Mom. Hija ħadmet ukoll f’xi episodji mis-sensiela Friends, Will & Grace, Desperate Housewives u anki fil-film A Cinderella Story li nħareġ fl-2004.

Dehret ukoll f’numru kbir ta’ films għaċ-ċinema li jinkludu Basic Instinct, The Crucible, u Intolerable Cruelty.

Fl-2018 ħadmet ukoll fil-film Sierra Burgess Is a Loser, għal Netflix.

Minbarra s-sehem f’għadd kbir ieħor ta’ sensiliet bħala attriċi, Gleason kienet ukoll attiva minn wara l-camera u kienet fost l-awturi tas-soap opera Guiding Light (Sentieri).

Skont rapporti maħruġa, l-attriċi mietet jumejn ilu, fit-2 Ġunju, minħabba f’kumplikazzjonijiet ta’ kanċer.