Mietet fl-età ta’ 89 sena l-attriċi Taljana Lucia Bosè, omm il-kantant Spanjol Miguel Bosè. Skont rapporti hi mietet kaġun ta’ pnewmonja.
“Ommi issa tinsab f’post aħjar,” kiteb hu fuq il-midja soċjali hekk kif kmieni llum ħabbar il-mewt tagħha.
Lucia Bosè kienet attriċi ta’ suċċess fis-Snin 40 u 50 u fost il-films li l-aktar tibqa’ mfakkra għalihom niftakru Satyricon ta’ Federico Fellini, kif ukoll Death of a Cyclist.
L-aħħar dehra tagħha fuq it-televiżjoni kien f’Ottubru li għadda meta kienet mistiedna waqt Domenica In fuq Rai Uno.