Tmut l-attriċi Kelly Preston, il-mara ta’ John Travolta

Ritratt: Facebook/KellyPreston

Mietet fl-etá ta’ 57 l-attriċi Kelly Preston, mart l-attur ta’ fama internazzjonali John Travolta. Hi mietet ilbieraħ il-Ħadd 12 ta’ Lulju wara li tilfet il-battalja tagħha mal-kanċer.

Kien proprju dalgħodu li l-attur ħabbar b’mod uffiċjali l-aħbar li martu kienet mietet wara sentejn tiġġieled il-kanċer.

Il-koppja kellhom tlett ulied, Ella Bleu, Benjamin u Jett. Dan tal-aħħar kien miet fl-2009.

Tul il-karriera tagħha, Preston ħadmet f’aktar minn 60 produzzjoni għat-televiżijoni u għaċ-ċinema li jinkludu Mischief (1985), Twins (1988), Jerry Maguire (1996), The Cat in the Hat (2003), What A Girl Wants (2003), Broken Bridges (2006), Old Dogs (2009) u Gotti (2018).

Fil-messaġġ tiegħu meta ħabbar li martu kienet mietet, l-attur John Travolta irringrazzja lit-tim emdiku tal-MD Anderson Cancer Center ta’ Houston, fl-Istati Uniti, li kienet qed jieħdu ħsieb lil martu proprju fl-aħħar ġranet.