Tmut l-attriċi Joy Westmore ta’ Prisoner Cell Block H

Joy Westmore

Tħabbret il-mewt tal-attriċi Joy Westmore li hawn Malta ħafna huma dawk li jiftakruha fil-karattru ta’ Joyce Barry fis-sensiela ikonika Prisoner Cell Block H li kienet tixxandar fuq TVM u aktar tard tkompliet għal xi żmien fuq l-istazzjon One. Westmore kellha 88 sena.

L-attriċi f’dawn l-aħħar snin kienet qed tbati mid-dementia.

L-attriċi kienet taħdem ukoll f’sensiliet Awstraljani oħra bħal Neighbours, The Sullivans u Blue Heelers.