Tmut l-attriċi Franca Valeri; kellha 100 sena

Tħabbret il-mewt tal-attriċi Taljana Franca Valeri, li propju disat ijiem ilu iċċelebrat għeluq il-100 sena tagħha. Skont l-istqarrija ta’ bintha, il-kantanta tal-opri Stefania Bonfadelli, l-attriċi verterana miet fil-lejl ta’ bejn is-Sibt u l-Ħadd waqt li kienet rieqda.

Imwielda nhar il-31 ta’ Lulju tal-1920 bl-isem ta’ Alma Franca Maria Norsa. Hija kienet fil-quċċata tal-karriera tagħha bejn is-Snin 50 u s-Snin 70, l-ewwel permezz tar-radju imbagħad fuq it-televiżjoni u wara ċ-ċinema.

Franca hi meqjusa bħala l-pijuniera tal-atturi komiċi femminili fl-Italja u ħadmet ma’ atturi kbar fosthom Totò u Alberto Sordi. Probabbilment li l-iktar parti li tibqa’ magħrufa għaliha hi dik fil-film Il Vedovo li kellu direzzjoni ta’ Dino Risi.

Kienet ukoll ħadmet ma’ Sophia Loren fil-film Il Segno di Venere u matul is-snin ħadmet ukoll ma’ diretturi kbar bħal Federico Fellini u Mario Monicelli.

Il-President Taljan Sergio Mattarella bagħat messaġġ ta’ kondoljanzi fejn iddeskriva lil Valeri bħala “attri1i versatili u popolari li tibqa’ fil-qlub tat-Taljani.