Tmut l-attriċi Carol Lynley; kellha 77 sena

Ritratt: Instagram

Fl-aħħar sigħat tħabbar li nhar it-Tlieta li għadda mietet l-attriċi Carol Lynley fl-età ta’ 77 sena. Fost il-ħafna produzzjonijiet li ħadmet fihom, l-attriċi tibqa’ mfakkra għas-sehem tagħha fil-film The Poseidon Adventure tal-1977.

Kienet bint l-attriċi li ħabbret pubblikament il-mewt ta’ ommha, wara li l-familja ddeċidiet li tħalli ftit tal-ġranet qabel jagħmlu din l-aħbar pubblika.

Lynley kienet bdiet bħala mudella meta kienet għadha tifla. Imbagħad bdiet ittiha għar-reċtar wara li dehret fuq il-faċċata tar-rivista LIFE meta kellha 15-il sena.

Lynley, kif kienet tidher f’dawn l-aħħar snin. Ritratt: Twitter

Fl-1959 ħadmet fil-film kontroversjali Blue Denim u wara kienet nominata għall-unur tal-Golden Globe fil-kategorija “Most Promising Newcomer”.

Fis-snin ta’ wara hija ħadet sehem f’numru ta’ films bħal Peyton Place, Under the Yum Yum Tree, Bunny Lake Is Missing, The Pleasure Seekers, The Cardinal u The Poseidon Adventure.

Ritratt: Twitter

F’dan tal-aħħar Lynley kienet dehret tkanta s-silta The Morning After, li kienet rebħet l-Oscar, iżda fil-verità l-vuċi kienet ta’ Renee Armand.