Tmut l-aktar mara sinjura fi Spanja

Mietet l-aktar mara sinjura fi Spanja. Rosalia Mera li hi l-fundatriċi ta’ ditta kbira tal-moda mietet fl-età ta’ 69 sena wara li kienet sofriet stroke waqt vaganza f’Menorca u kellha tinġieb lura fi Spanja fejn mbagħad mietet ilbieraħ filgħaxija.

Mera ħalliet l-iskola meta kien għad kellha biss ħdax-il sena u bdiet taħdem bħala ħajjata u wara bdiet il-kumpanija mal-eks raġel tagħha. Wara għoxrin sena ta’ żwieġ huma ddivorzjaw fl-1986.