Tmut l-attriċi u żeffiena Galyn Görg

Ritratt: Instagram/GalynGorg

Mietet fl-età ta’ 55 sena l-attriċi u żeffiena Galyn Görg li ħafna żgur jiftakruha fi programmi bħal Fantastico fuq l-istazzjon Rai Uno, kif ukoll fuq SandraRaimondo Show li Canale 5 kien ixandar fl-1987.

Galyn Görg mietet minn kumplikazzjonijiet tal-kanċer nhar l-14 ta’ Lulju, jum biss qabel għeluq is-56 sena tagħha.

Apparti s-sehem tagħha bħala żeffiena fuq il-programmi ta’ varjetà fuq l-istazzjonijeit Taljani, Galyn Görg kienet ukoll attriċi u producer. Ħadet sehem f’episodji minn The A-Team, The Fresh Prince of Bel-Air, Twin Peaks, Star Trek: Deep Space 9, Xena: Warrior Princess, Star Trek: Voyager, Stargate SG-1 u How To Get Away With Murder.

Hija kellha wkoll karriera fil-films u dehret f’numru kbir ta’ produzzjonijiet ċinematografiċi bħal A Christmas Princess, RoboCop 2, Storyville, A Husband for Christmas u Sporting Chance.