Tmut iż-żagħżugħa li ħabtet f’Burmarrad

Mietet iż-żagħżugħa ta’ 23 sena li ħabtet ma’ arblu f’Burmarrad.
Skont il-Pulizija, Christa Formosa lbieraħ tilfet il-kontroll tal-karozza tagħha, qabdet bankina, qaċċtet siġra u baqgħet dieħla f’arblu.
L-inċident seħħ fi Triq Għajn Rihana.
Fuq il-post kellhom jissejħu membri tal-Protezzjoni Ċivili sabiex joħorġu lit-tfajla mill-karozza. Hija kienet ittieħdet l-isptar Mater Dei f'kundizzjoni serja.
Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li l-investigazzjonijiet tagħha għadhom għaddejjin, filwaqt li qed issir inkjesta mill-Maġistrat inkwerenti.