Tmut it-tifla ta’ sentejn li kienet qed tgħum f’pool f’Għawdex

Mietet it-tifla ta’ sentejn li sabet ruħha f’diffikultà f’pixxina f’Għawdex.

Il-Pulizija kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt li t-tifla mietet nhar it-Tlieta li għadda wara sebat ijiem f’qagħda kritika. Madanakollu kelliem għall-Pulizija ma setax jikkonferma li t-tifla mietet għax għerqet.

Il-każ seħħ fis-27 ta’ Ġunju fl-10am fi Triq Mannar fix-Xagħra, meta t-tifla nstabet mitlufa minn sensiha fil-pool.  Mill-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex wara ftit sigħat ittieħdet l-Isptar Mater Dei.