Tmut it-tarbija tal-Marokkina li ppruvaw iwettqu abort fuqha

Il-mara li nhar il-Ħadd li għadda ntrabtet minn saqajha u idejha sabiex is-sieħeb tagħha jwettaq abort fuqha tilfet it-tarbija tagħha.
Skont NETnews, il-mara damet Mater Dei tlitt ijiem, qabel ma ġiet rilaxxata.
Meta seħħet l-aggressjoni fuqha mis-sieħeb tagħha, Libjan li hu mifhum ħarab minn Malta, hi kellha xahrejn tqala.
Il-koppja kienu ilhom jafu lil xulxin disa’ xhur, iżda kollox beda sejjer ħażin meta rrealizzaw li l-mara kienet tqila.
Għalkemm l-abort ma rnexxiex, wara li anki s-sikkina li nstabet mill-Pulizija ma rriżultax li intużat fuq il-mara, xorta għaddiet tar-raġel għax il-mara korriet.
L-allegat aggressur hu magħruf mal-Pulizija, u għalhekk inħareġ ukoll mandat internazzjonali għalih, bil-Europol tassisti fil-ħidma biex jinqabad u jgħaddi ġuri.
Ritratt: Arkivji – Ian Noel Pace