Tmut it-tabiba Tania van Avendonk; Fost l-aħħar appelli tagħha…

Mietet it-tabiba Rabtija Tania van Avendonk li kellha 53 sena.
It-tabiba, maħbuba mhux biss mir-Rabtin, kienet ilha tliet snin tissielet mal-kanċer fil-frixa.
Ħafna qed ifakkruha għad-determinazzjoni tagħha anke meta kienet marida, tant li sal-aħħar baqgħet tissielet il-kanċer.
Is-sena li għaddiet, it-tabiba kienet ġiet intervistata fuq Pink Magazine fejn spjegat kif kienet ilha snin tinjora s-sintomi tal-kanċer.
Fl-istess intervista kienet appellet lill-kulħadd biex meta jħossu sintomi jitkellmu mill-ewwel.
“Ħadd ma huwa super being,” kienet saħqet van Avendonk.