Filmat: Tmut is-soru Għawdxija ta’ 107 snin

Mietet Suor Lydia Formosa, l-ixjeħ soru Għawdxija, fl-età ta’ 107 snin.
Ma’ Newsbook.com.mt,  f’għeluq il-106 snin tagħha, Suor Lydia, li hi mir-Rabat Għawdex u għandha għal qalbha ħafna lil San Ġorġ, kienet qalet li “s-sigriet għal ħajja twila hu li tgħix fil-kwiet, titlob u tkun ħaġa waħda ma’ Alla”.
Suor Lydia daħlet soru ta’ 22 sena u serviet bħala soru tal-kongregazzjoni tas-sorijiet tal-karità ta’ Santa Giovanna Antida Thouret għall-aħħar 85 sena.
Fost il-ħidma tagħha, Suor Lydia kienet tieħu ħsieb l-anzjani fl-Isptar San Luqa kif ukoll żewġt iswali tal-anzjani li kienu morda, u li kellhom bżonn min idur bihom meta kienu San Vinċenz de Paul.