Tmut ir-raba’ persuna f’Malta bil-coronavirus

REUTERS/Flavio Lo Scalzo

Il-Ministeru għas-Saħħa għadu kemm ħabbar li anzjana ta’ 96 sena hija r-raba’ vittma tal-Covid-19 f’Malta.

L-anzjana, li kienet qed tingħata kura fl-Isptar Mater Dei, kellha kumplikazzjonijiet oħrajn tas-saħħa. Hija ġiet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fis-16 ta’ April wara li kienet iddaħħlet fl-Isptar Mater Dei.

L-anzjana mietet fl-isptar matul il-lejl.

Il-Ministeru għas-Saħħa ta l-kondoljanzi lill-qraba tal-anzjana, u mill-ġdid appella biex il-poplu jibqa’ jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa, biex jiġu protetti l-aktar vulnerabbli fis-soċjetà.

L-imwiet tal-coronavirus f’Malta

Il-vittmi tal-coronavirus f’Malta s’issa kienu dawn:

  • Mara ta’ 92 sena li mietet fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex fit-8 t’April
  • Raġel ta’ 79 sena fl-Isptar Karin Grech fid-9 t’April
  • Raġel ta’ 84 sena fl-Isptar Mater Dei fil-11 t’April

Ilbieraħ tħabbru żewġ każijiet ġodda tal-coronavirus u 19-il persuna mfejqa. B’hekk sal-bieraħ Malta kellha 221 każ attiv.

It-tielet vittma kien anzjan ta’ 84 sena
Imut anzjan bil-coronavirus

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn