Tmut il-vuċi ta’ “Big Bird”

Ritratt: Sesame Workshop / Eddie Adams

Miet fl-età ta’ 85 sena il-pupeteer Caroll Spiney. L-aħbar ħarġet ftit sigħat ilu iżda r-rapporti li ħarġu jindikaw li hu miet fid-dar tiegħu f’Connecticut, fl-Istati Uniti nhar il-Ħadd 8 ta’ Diċembru.

Caroll huwa meqjus bħala l-ġenju artistiku li kellu viżjoni għas-sensiela Sesame Street sa mill-ewwel ġranet tiegħu fuq il-produzzjoni fl-1969, għal aktar minn 50 sena wara.

Hu kellu jieqaf milli jaħdem fuq din il-produzzjoni televiżiva fl-2015 minħabba li kien marad iżda baqa’ kważi sal-aħħar jislef il-vuċi tiegħu għall-karattri popolari ta’ Big Bird u Oscar the Grouch.