Tmut il-Prinċipessa tar-Renju tal-Kambodja

FILE PHOTO: Cambodia's minister of culture Princess Norodom Bopha Devi examines some of the more than four tonnes of ancient artifacts recovered from the home of Khmer Rouge chief Ta Mok in Siem Reap, May 9. DW/CC/File Photo

Il-Prinċipessa tar-Renju tal-Kambodja Norodom Bopha Devi mietet fl-età ta’ 76 sena. Il-Prinċipessa kienet serviet bħala Ministru tal-Kultura u għenet biex l-Aspara, żifna tradizzjonali tal-pajjiż, ma tintilifx.

L-Aspara kważi ntilfet għal kollox fi żmien il-Khmer Rouge.

Fuq il-paġna tal-Palazz Rjali tal-Kambodja, tħabbar li l-Prinċipessa mietet b’kawża naturali waqt li kienet rikoverata fi sptar fit-Tajlandja.

Il-Prinċipessa hi bint il-mejjet Re Norodom Sihanouk, u tiġi oħt ir-Re preżenti Norodom Sihamoni. Bopha Devi bdiet tiżfen il-ballet Kambodjan ta’ età żgħira.

Hi serviet bħala Ministru tal-Kultura bejn 1998 – 2004, wara li spiċċat l-gwerra ċivili fil-pajjiż.

Il-Prinċep Sisowath Thomico stqarr li l-legat ta’ Bopha Devi huwa l-bniet milll-ġdid il-ballet meta reġgħet ġiet lura l-Kambodja fil-bidu ta’ snin disgħin.