Tmut il-passiġġiera involuta f’inċident f’Għajnsielem

Read in English.

Il-mara li kienet fil-periklu tal-mewt wara l-inċident ta’ nhar is-16 ta’ Awwissu f’Għawdex, tilfet ħajjitha.

Stqarrija mingħand il-Pulizija kkonferma dan, hekk kif spjegat li l-mara mill-Latvja ta’ 41 sena, residenti s-Swieqi tilfet ħajjitha. Dan wara inċident li seħħ fi Triq l-Imġarr, Għansielem, fis-1am. Kien hemm ħabta bejn żewġ karozzi.

Aġġornata: Mara tissielet għal ħajjitha wara ħabta f’Għajnsielem; 9 feruti

Il-mara kienet ittieħdet l-Isptar Mater Dei mill-Isptar Ġenerali t’Għawdex b’ħelikopter minħabba l-ġrieħi serji li ġarrbet. Is-sewwieq tal-karozza, Norveġiż ta’ 43 sena li joqgħod Ta’ Kerċem, flimkien mal-passiġġieri Amerikan ta’ 47 sena u Ġermaniż ta’ 51 sena li joqgħod ix-Xagħra. It-tliet irġiel sofrew ġrieħi gravi.

Il-karozza l-oħra kienet misjuqa minn mara ta’ 36 sena min-Nadur. Rekbin magħha kien hemm Kanadiża ta’ 45 sena u tlett itfal bl-etajiet ta’ disa’ snin, 11-il sena u 14-il sena. Is-subien ta’ disa’ snin u 14-il sena sofrewġrieħi gravi, filwaqt li ż-żewġ nisa u t-tifel ta’ 11-il sena kellhom ġrieħi ħfief.