Aġġornata: It-Tnejn il-funeral tal-mara tal-President Emeritu Ċensu Tabone

Il-funeral tal-mara tal-President Emeritu Ċensu Tabone, Maria Tabone, se jsir nhar it-Tnejn fis-2 pm fil-Balluta.

Maria Tabone mietet fl-età ta’ 98 sena.

Tabone kienet għenet lil żewġha fil-karriera medika u politika tiegħu. Kienet hemm ukoll għalih meta nħatar bħala l-President ta’ Malta.

Reazzjoni tal-PN

Fi stqarrija, il-Partit Nazzjonalista (PN) qal li l-mewt Tabone  tfisser telfa għal pajjiżna kollu.

Il-PN qal li “Miżżewġa tabib fl-eqqel tat-Tieni Gwerra Dinjija, Maria Tabone appoġġjat lil żewġha Ċensu Tabone fir-riċerka tiegħu fil-kura tal-għajnejn, fit-twaqqif tal-Unjin tat-Tobba, fit-trobbija tat-tfal tagħhom, kif ukoll fis-servizz tiegħu fil-politika Maltija.”

Reazzjoni tal-President

Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca esprimiet is-sogħba tagħha għall-mewt ta’ Maria Tabone.

Il-President qalet li s-Sinjura Tabone kienet spalla importanti f’kull mument tal-karriera politika tal-President Emeritu Ċensu Tabone, u li kienet omm mill-aktar eżemplari kemm għal uliedha kif ukoll għall-Maltin u l-Għawdxin.

Soċjetà Filarmonika Sliema

Is-Soċjetà Filarmonika “Sliema” qalet li tixtieq twassal id-dispjaċir tagħha dwar il-mewt ta’ Tabone.