Tmut il-mara li rat 90 gvern Taljan

Bil-mewt tagħha fl-età ta’ 117-il sena, Emma Morano saret l-aħħar persuna mwielda fis-seklu dsatax li mietet. Morano twieldet fl-Italja fid-29 ta’ Novembru 1899 u kienet l-aħħar persuna ħajja mwielda fis-seklu dsatax. 
Ħajjet Morano kienet mifruxa tliet sekli differenti fejn rat ukoll żewġ gwerrer dinjija u aktar minn 90 gvern Taljan differenti. 
Emma Morano kienet tatribwixxi l-ħajja twila tagħha għal ġenetika fil-familja tagħha fejn ommha mietet fl-eta’ ta’ 91 sena u bosta minn ħuta jgħixu sa’ mitt sena, kif ukoll id-dieta tagħha, fejn kienet tiekol tlett bajdiet kuljum, tnejn minnhom mhux msajra u ftit li xejn frott u ħaxix. 
B’hekk issa l-ixjaħ persuna fid-dinja hija Violet Brown mill-Ġamajka li kienet mwielda fl-10 ta’ Marzu 1900.