Read in English.
Mietet, wara 24 siegħa tissielet għal ħajjitha, il-mara ta’ 34 sena minn Ħal Safi li l-Ħadd filgħaxija qalgħet daqqiet ta’ sikkina f’rasha. L-argument seħħ fi Triq il-Kbira f’Ħaż-Żabbar għall-ħabta tat-8.15pm, fejn għamlet ħin mitlufa minn sensiha fuq bankina.
L-argument seħħ fi stabbiliment bejn il-mara u raġel ta’ 33 sena minn Ħal Safi wkoll.
L-aggressur ħarab minn fuq il-post, iżda mar għand il-Pulizija biex jammetti dak li għamel iżjed tard. Huwa kien mimli dmija u b’xi feriti f’idu. Ir-raġel qed jinżamm arrestat. Saret tfittxija fuqu fejn instabet sustanza illegali, suspettata droga.
Dwar il-każ għaddejja inkjesta Maġisterjali.