Tmut il-mara li ntlaqtet minn karozza f’Mejju

Mietet il-mara li f’Mejju li għadda ntlaqtet minn karozza f’San Ġwann.

L-inċident kien seħħ fl-10 ta’ Mejju fi Triq in-Naxxar. Il-vittma, li kellha 86 sena ntlaqtet minn karozza misjuqa minn mara ta’ 40 sena residenti San Ġwann. Il-vittma, li kienet minn San Ġwann ukoll, spiċċat fil-periklu tal-mewt.

Anzjana fil-periklu tal-mewt wara li ttajret f’San Ġwann

Illum, wara li dehru rapporti fil-midja li l-mara kienet mietet, il-Pulizija ħarġet stqarrija li fiha kkonfermat din l-aħbar.