Tmut il-mara li kienet qed tgħum fix-Xwejni

Il-Pulizija qalet li l-mara ta’ 28 sena li lbieraħ sabet ruħha f’diffikultà waqt li kienet qed tgħum fil-bajja tax-Xwejni f’Marsalforn mietet tard ilbieraħ filgħaxija.
Ilbieraħ il-mara Ġermaniża kienet f’qagħda kritika wara l-inċident li seħħ fis-2:15pm.
Il-Pulizija u ambulanza kienu ssejħu fuq il-post. Ftit tal-ħin wara l-mara ntbagħtet l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.