Tmut il-kelba Goffy

Min isegwi l-filmati live fuq Facebook ta’ Adrian Zammit bla dubju hu familjari mal-kelba Goffy tar-razza bulldog, li tkun dejjem miegħu.

Il-kelba ta’ 15-il sena kellha kanċer u jidher li lbieraħ filgħaxija malli temm it-trasmissjoni live fuq facebook, b’kuntrarju tas-soltu, il-kelba riedet tinżel minn fuqu. Iżda waqt li kienet qed tiekol il-kelba instabet mal-art.

Il-kelba, li ġibdet is-simpatija ta’ ħafna fl-aħħar ġimgħat, ġiet addottata minn Adrian meta hi kellha 10 snin u kien madwar 7 xhur ilu li rriżulta li kellha kanċer.

Il-filmati ta’ Adrian jaqbżu s-7,000 segwaċi meta jibdew fuq Facebook Live u bla dubju ta’ xejn l-aħbar li l-kelba Goffy mietet hija għafsa ta’ qalb għal ħafna mis-segwaċi tiegħu.

Għal Adrian, il-kelba, flimkien mal-klieb l-oħra li għandu, jitqiesu bħala parti mill-familja u għaldaqstant wieħed jifhem li dan huwa mument iebes għalih.

Kuraġġ Adrian.