Tmut il-kantanta tas-soul Aretha Franklin

Kantanta Aretha Franklin tmut

Il-kantanta Amerikana magħrufa l-aktar fix-xena tas-soul, Aretha Franklin mietet fl-età ta’ 76 sena. Fl-aħħar jiem kien qed jiġi rrapurtat li kienet tinsab marida, b’familtha miġbura madwar is-sodda tagħha.

Franklin ilha marida mill-2010 mets nstab li kellha tumur. Madanakollu hi baqgħet tkanta anke wara li għamlet operazzjoni kbira. Hi mietet wara nstab li kellha kanċer avvanzat fil-pankrea.

Minkejja li kienet ħabbret l-irtirar tagħha fl-2017, hi kienet mistennija tkanta waqt żewġ kunċerti waqt in-New Orleans Jazz and Heritage Fest f’April li għadda imma ħassret kollox fuq ordnijiet tat-tabib.

L-aħħar darba li qatt dehret fix-xena mużikali kienet fil-Katidral ta’ San Ġwann id-Divin fi New York waqt il-25 anniversarju ta’ Elton John Aids Foundation fis-7 ta’ Novembru tal-2017.

Fil-blogg tiegħu dwar il-kantanta, Ġorġ Mallia kien iddeskriviha bħala mara b’vuċi unika.