Tmut il-kantanta tal-mużika country Kylie Rae Harris

Ix-xena tal-mużika country tinsab maħsuda bl-aħbar tal-mewt tal-kantanta tal-mużika country Kylie Rae Harris. Hija kienet involuta f’inċident tat-traffiku li fih kienu nvoluti tlett vetturi. Il-kantanta kellha 30 sena.

L-inċident seħħ fil-jum tal-Erbgħa f’Taos fi New Mexico. Hija kienet hemmhekk biex tieħu sehem fil-kunċert Big Barn Dance.

L-ewwel Ep ta’ din il-kantanta kien Taking It Back fl-2013 u sena wara rebħet il-Female Vocalist of the Year Award mogħti mit-Texas Regional Radio Music Awards.

Din is-sena hija ħarġet is-silta mużikali Twenty Years From Now u f’Marzu l-EP li kien iġib isimha.

Il-kantanta li hija minn Texas kienet omm ta’ tifla, Corbie, li għandha sitt snin.